Lokali Parlament

Is-sitwazzjoni fit-toroq se tmur lura għal żmien Lorry Sant…il-poter kollu f’idejn il-ministru

– Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea sostna li permezz tat-twaqqif tal-aġenzija dwar it-toroq bil-poteri li se jkollu l-Ministru, is-sitwazzjoni fit-toroq se mtur lura għal żmien l-ex ministru Laburista Lorry Sant.

Fil-parlament Mario Galea semma l-proġetti kapitali li għamel gvern Nazzjonalista u qal li l-PN mhux kontra li jsiru toroq ġodda fid-dawl tat-traffiku li dejjem qed jiżdied. Hu qal li din hi liġi ta’ żmien Lorry Sant meta l-ministru kellu l-poter kollu fuq it-toroq u roġett oħra. Il-Ministru se joħloq bord ta’ aġenzija b’persuni li dejjem ibaxxu rashom għal dak li jrid il-ministru. Il-parlament għandu jkun jaf kemm se jitħallsu dawn il-membri tal-bord.

Hu kompla li l-l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar ingħata pakkett finanzjarju ta’ €100,000 fis-sena. Il-gvern se jkollu kontroll totali; dak li kien jagħmel Lorry Sant b’mod irregolari issa se jkun regolarizzat. Mario Galea qal li ma jirriżultax fejn u meta tispiċċa r-responsabbiltà tal-aġenzija; se tkun il-kuntrattur u r-regolatur. Dun hi problema, sostna Mario Galea, li staqsa kif se jibda jingħata x-xogħol b’valur ta’ €700 miljun.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern għandu jagħmilha obbligtaorja li fil-bord tal-aġenzija jkun hemm rappreżentant miż-żewġ naħat biex ma jkunx il-gvern waħdu li jagħżel lill-membri tal-bord. Hu qal li m’hemmx garanzija li l-aġenzija mhux se tiddiskrimina kontra kunsilli lokali ta’ maġġoranza Nazzjonalista. Il-liġi tħalli kollox f’idejn il-ministru. Pajjiż demokratiku għandu jagħti iktar poter liċ-ċittadin u mhux jikkontrolla dejjem iktar.