Il-Kumitat Żgħażagħ Ġawhrin qiegħed għal darb’ oħra jorganizza it-“Treasure hunt” annwali tagħhom.
Din wieħed jista’ jkunu parti minnha billi jifforma grupp ta 3 jew 4 membri, taħseb b’liema vettura se dduru u tippreparaw ruħkom għall-avventura specjali.
Użaw il-ħjiel li ser tingħataw fil-ġurnata, biex issibu ir-rispoti korretti li qiegħdin imqassmin madwar Malta, biex tkunu kompetitturi xierqa għar-rebħ ta’ din it- “Treasure hunt”.
Din ser tkun il-11 il-edizzjoni tat- “Treasure hunt” ta’ dan it- tip u ser tkun qed tigi organizzata fit- 8 ta’ Ġunju 2018.
Kull team, kemm jekk magħqud min 3 membri u anka jekk magħqud min 4 membri (inkluża il-vettura) għandu jħallas total ta €50. Il-grupp rebbieħ ta’ din l-edizzjoni tat-“Treasure hunt” jirbaħ somma sabiha ta’ €500 u kull membru tal-grupp jingħata trofej żgħir tal-okkazzjoni.
Agħqdu l-grupp tagħkom u kunu lesti għal din l-avventura speċjali. Għal iktar informazzjoni jew biex tibbukkjaw post għall-grupp tagħkom agħmlu kuntatt fuq 79454736 jew fuq 99232713 jew inkella permezz ta’ facebook Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri San Pawl il-Baħar.
//= $special ?>