Raġel ġie identifikat u qed ikun investigat mill-Pulizija wara li nqabad minn kameras tas-sigurtà waqt li jdur ma’ ħanut biex seraq diversi oġġetti.
Fil-filmati, ir-raġel jidher b’mod ċar jaħtaf l-affarijiet minn fuq l-ixkafef u jaħbihom fil-qalziet. Il-każ seħħ iktar kmieni din il-ġimgħa minn ħanut tal-merċa li jinsab fi Triq Mannarinu, Birkirkara.
Ir-raġel ġie identifikat, b’Net News li hu nfurmat li hu magħruf għal każi simili b’diversi preċedenti.
//= $special ?>