L-Assoċċjazzjoni għas-saħħa mentali tat-tfal u l-adoloxxenti tellgħet konferenza ta’ ġurnata ġewwa l-Palazz tal-President f’San Anton li għaliha attendew għadd ta’ tobba li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali f’Malta.
Din il-konferenza infetħet b’messaġġ tat-tabiba Ethel Felice u indirizzaw il-konferenza għadd ta’ professjonisti f’dan il-qasam, kemm Maltin kif ukoll barranin.
Il-konferenza trattat id-dijanjożi u l-kura ta’ problemi ta’ saħħa mentali tal-omm waqt it-tqala u fiż-żmien ta’ wara l-ħlas. Il-kelliema ffukaw fost l-oħrajn fuq l-użu ta’ mediċini għat-trattament tal-mara fix-xhur tat-tqala u waqt li tkun għada qed tredda’ u r-riskji li jistgħu iġibu magħhom il-problemi mentali tal-omm u l-effetti tagħhom fuq it-tarbija.
Aspetti oħra li ssemmew kienu l-esperjenzi tal-missier fil-kuntest ta’ problemi ta saħħa mentali, il-vjolenza domestika u l-effetti tagħha, u l-kura tal-ġenituri li jgħaddu minn telfa fit-tqala jew wara t-tqala.
Din il-konferenza ttellgħet bħal parti mill-attivitajiet relatati mal-jum dinji għas-saħħa mentali tal-omm li ġie ċċelebrat fit-2 ta Mejju.
//= $special ?>
