Fil-25 ta’ Mejju 1743, Ħal Qormi sar l-ewwel raħal fil-kampanja Maltija li ingħata t-titlu ta’ Belt. Dan meta 275 sena ilu l-Granmastru Pinto ta’ dan il-ġieħ lil Ħal Qormi, li ingħata l-isem Citta’ Pinto – propju għall-istess Granmastru.
Ħafna storiċi jemmnu li Ħal Qormi kien jistħoqqlu dan l-unur, mhux biss għall-fatt li żewġ sekli qabel kienet ħarġet minnu l-belt kapitali tagħna, iżda aktar u aktar minħabba l-kontribut ekonomiku u soċjali li kien jagħti Ħal Qormi dak iż-żmien.
Fil-fatt, fost il-Qriema konna insibu tabib, spiżjar, żewġ kirurgi, avukat u 46 membru tal-kleru.
Skont l-istoriku Joseph F Grima (bid-dettalji li ppubblika fir-rivista Id-Dielja ta’ dan ix-xahar) jirriżulta wkoll li r-riġment Qormi f’dawk iż-żminijiet kien kompost minn 439 suldat.
It-talba biex Ħal Qormi jsir belt kienet saret mill-kappillan ta’ dak iż-żmien, Dun Ġużepp Vella.
Għal dan l-anniversarju speċjali l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ħaseb biex jorganizza numru ta’ attivitajiet mifruxa fuq ġimgħa sħiħa.
//= $special ?>