Fis-7am bdiet il-votazzjoni f’referendum li qed isir fl-Irlanda sabiex jiġi abolit dak li jissejjaħ it-8 Emendament – li fi kliem sempliċi jkun ifisser li jiddaħħal l-abort fil-pajjiż.
Il-votazzjoni se tibqa’ miftuħa sal-10pm.
Ir-riżultat tar-referendum mistenni jkun magħruf għada minħabba l-fatt li l-għadd se jkun qed jibda s-Sibt filgħodu.
Aktar minn 3.2 miljun persuna irreġistraw biex jivvutaw f’dan ir-referendum.
L-Irlanda hu pajjiż tradizzjonalment kattoliku, u għalhekk dan ir-referendum ħoloq qasma fost is-soċjeta’ ċivili.
//= $special ?>