Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Neymar lura għat-taħriġ mal-Brażil

Neymar waqt it-taħriġ mal-Brażil

Neymar tħarreġ għall-ewwel darba wara l-injury serja li sofra ma’ PSG f’dawn l-aħħar xhur hekk kif attenda sessjoni ta’ taħriġ mat-tim nazzjonali Brażiljan f’Rio De Janeiro.
Neymar, kien weġġa fi Frar li għadda u dak iż-żmien kien ħalla Franza biex mar il-Brażil biex jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni mal-fiżjoterapisti tal-Federazzjoni Brażiljana.
Bħalissa Neymar għadu taht il-ħarsien tat-tabib Rodrigo Lasmar li kien operah fi Frr li għadda fejn f’kummenti lill-ġurnalisti l-istess tabib ikkonferma li hu sodisfatt bil-progress li Neymar wettaq u dalwaqt ikun tajjeb biex jilgħab.

Neymar mistenni jkun fl-azzjoni fl-ewwel partita ta’ ħbiberija li l-Brażil ser jilghabu qabel l-impenji tat-Tazza tad-Dinja.

Fit-3 ta’ Ġunju l-Brażil tilgħab kontra l-Kroazja filwaqt li fl-0 ta’ Ġunju tilgħab kontra l-Awstrija.
Madankollu għal dawn il-partiti ta’ ħbiberija ser ikun nieqes l-attakkant Douglas Costa li jinsab imweġġa’. Douglas Costa, lejn tmiem il-kampjonat tas-Serie A kien ferm utli għal Juventus biex dawn rebħu t-titlu.

L-ewwel partita tal-Brazil fit-Tazza tad-Dinja hi kontra l-Iżvizzera fis-17 ta’ Ġunju.
Intant, L-Arġentina tħarrġu għall-ewwel darba mingħajr il-gowlkiper Sergio Romero li tħalla barra mill-iskwadra minħabba injury f’irkopptu.

Fin-nuqqas ta’ Romero, il-gowlkiper numru wieħed tal-Arġentina se jkun Nahuel Guzman li għandu 32 sena u jilgħab ma’ Newell’s Old Boys. Guzman s’issa lagħab sitt darbiet mal-Arġentina.

L-iskwadra inkludiet il-plejers kollha ta’ fama mondjali bħal ma huma Lionel Messi u Javier Mascherano li qalu li se jkunu qed jittamaw li kull plejer joħroġ l-aħjar tiegħu biex l-Arġentina jkunu fost il-protagonisti ta’ din il-kompetizzjoni.

Erba’ snin ilu l-Arġentina kienu waslu sal-finali imma tilfuha fil-ħin barrani kontra l-Ġermanja.
L-Arġentina se tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Haiti fid-29 ta’ Mejju qabel jitilqu lejn ir-Russja umbagħad huma jilagħbu l-ewwel partita minn Grupp D kontra l-Iżlanda.