Lokali

L-ISPLUŻJONI FIL-GĦARGĦUR: Raġel għadu qed jiġi mfittex mill-Pulizija

Kevin Ellul għadu qed jingħata l-kura fl-ITU

Il-Pulizija għadha qed tifttex raġel illi ħarab mill-post tal-isplużjoni wara l-każ tal-bomba li kien hemm fil-Għargħur nhar l-Erbgħa.

Net News jista’ jikkonferma li kienu tnejn il-persuni fil-post fil-ħin li fih il-bomba tajjret lil Kevin Ellul. Wieħed minnhom qed ikun interrogat mill-Pulizija. L-ieħor għadu ma nstabx.

Fl-istess waqt li għaddejja din it-tfittxija, Kevin Ellul għadu l-isptar jingħata l-kura għall-ġrieħi serji li ġarrab f’wiċċu u fil-parti ta’ fuq ta’ ġismu. Minn naħa l-oħra l-Pulizija, kif irrapurtajna lbieraħ, għadhom iridu jistabbilixu jekk il-bomba kinitx verament intenzjonata għalih jew jekk il-bomba kinitx qed tinħadem fuq ġewwa.

L-isplużjoni mar-razzett ta’ Ellul fi Triq l-Isqof Gargallo heżżet il-Għargħur, u tant kienet qawwija li instemgħet minn diversi lokalitajiet fil-madwar.