Sewwieq ta’ vettura privata nqabad minn kamera abbord vettura oħra waqt li jagħmel mossa perikoluża mar-roundabout barra n-Naxxar.
Il-filmat juri lis-sewwieq li kien ħiereġ minn Triq Murray, idur f’daqqa fid-direzzjoni lejn Triq il-Balal.
Minkejja li kważi kkawża inċident, apparti li faċilment seta’ tilef il-kontroll u weġġa’ hu stess, il-vettura tibqa’ sejra bħallikieku ma ġara xejn.
//= $special ?>
