Formula 1 Sport

FORMULA 1: Pole position għal Ricciardo f’Monaco

Daniel Ricciardo

Is-sewwieq tar-Red Bull Daniel Ricciardo kiseb il-Pole Position għall-Grand Prix ta’ Monaco li se jsir il-Ħadd.

Hu mhux biss irreġistra l-aqwa ħin imma għamel dan f’ħin rekord biex b’hekk se jibda minn quddiem Sebastian Vettel tal-Ferrari u Lewis Hamilton tal-Mercedes li għamlu t-tieni u t-tielet l-aħjar ħin rispettivament.

Din is-sena Ricciardo rebaħ it-tellieqa fiċ-Ċina filwaqt li Vettel, li se jibda mit-tieni post se jkun qed jipprova jirbaħ f’Monaco għat-tieni sena konsekuttiva. Kemm Vettel kif ukoll Hamilton se jkollhom biċċa xogħol iebsa biex jirbħu jekk Ricciardo jibqa’ jsuq kif saq f’dawn l-aħħar tlett ijiem.

Ta’ min jiftakar li bħalissa Hamilton jinsab fil-quċċata tal-klassifika ġenerali bi 17-il punt aktar minn Vettel.