Minkejja li l-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat, mhix uffiċjal tal-Gvern, matul is-sena li għaddiet hi siefret tliet darbiet bl-ispejjeż tħallsu kollha mit-taxxi tal-poplu.
Fl-ewwel vjaġġ Michelle Muscat akkumpanjat lill-żewġha l-Prim Ministru, fl-Ingilterra b’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-ġimgħa tal-Commonwealth. Dan il-vjagg sewa’ ftit aktar minn €3,600.
Vjagg ieħor kien fi New York u sewa’ kważi €81,000. Għal dan il-vjagg kienu marru l-Prim Ministru u martu Michelle flimkien ma’ wliedhom u uffiċjali tal-Gvern.
It-tielet vjaġġ kien fl-Italja u l-Estonja, vjaġġ li sewa’ lill-poplu ftit aktar minn €52,000.
F’dawn it-tliet okkażjonijiet Michelle Muscat siefret bħala parti minn delegazzjoni tal-Gvern minkejja li mhix uffiċjal tal-Gvern.
Dawn id-dettalji ħarġu minn tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari lill-Prim Ministru li saru mid-deputat tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg.
//= $special ?>
