Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta ambulanza, vettura privata u mutur kienu nvoluti f’inċident bejniethom barra l-mini ta’ Santa Venera.
Kawża ta’ dan l-inċident, fiż-żona nġema’ traffiku qawwi b’ħinijiet fejn il-vetturi kienu staġnati għalkollox. Fil-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku li kkontrollaw it-traffiku.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13:00.



