Lokali

Jiftaħ l-istaġun tal-festi f’Għawdex

Fi tmiem din il-ġimgħa fil-Munxar se tkun qed tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ San Pawl Nawfragu.

L-avvenimenti prinċipali jsiru għada s-Sibt u l-Ħadd. Is-Sibt isir marċ brijuż bis-sehem tal-Banda Santa Katerina VM Taż-Żurrieq. Kif il-marċ jasal quddiem iċ-Ċentru Parrokkjali, liema ċentru kiseb ir-rekord nazzjonali tal-akbar faċċata armata għaż-żminijiet tal-festa, ser jintwera feature awdjo viżiv.

Il-qofol jintlaħaq għall-ħabta ta’ nofsillejl bit-tlugħ tal-istatwa ta’ San Pawl fuq il-pedestall u wara show sinkronizzata mal-mużika bl-isem Light up the Sky bis-sehem tal-kamra tan-nar Santa Marija tal-Imqabba. Is-sistemà TEN 2 firing system użata għar-raba’ sena għal dan ix-show hija sistemà totalment mibnija miż-żgħażagħ Pawlini Munxarin.

Il-Ħadd il-purcissjoni tibda fis-7.30pm bl-istatwa titular ta’ San Pawl akkumpanjata bis-sehem ta diversi baned u l-logħob tan-nar.