Lokali

Plejer tal-futbol li lagħab f’Malta joqtol lit-tfajla u jagħmel suwiċidju

Traġedja fl-Italja hekk kif żagħżugħ li għada kellu jagħlaq 25 sena qatel lit-tfajla tiegħu qabel wettaq ukoll suwiċidju.

Jidher li Federico Zini, plejer tal-futbol li fl-2014 kellu esperjenza ta’ sitt xhur f’pajjiżna ma’ Msida St Joseph, mar għand it-tfajla tiegħu Elisa Amato fi Prato. Kien hawn li quddiem ir-residenza tagħha ssekwestraha, ssparalha, għabbiha fil-karozza u saq għal parkeġġ f’Gargozzi fejn spara fuqu nnifsu fil-vettura stess.

Kienu l-ġirien ta’ Amato li rrappurtaw lill-Pulizija wara li semgħu sparatura fil-5.30 u raw vettura taħrab mill-post b’veloċità qawwija.

Wara l-esperjenza f’Malta, il-Bulgarija, il-Filippini u l-Mongolja, Zini kien irritorna fl-Italja fejn lagħab ma’ Tuttocuoio fis-Serie D.