Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara inċident bejn il-mutur tiegħu u mutur ieħor li seħħ is-Sibt għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar f’Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq.
Is-sewwieqa huma anzjan ta’ 67 sena residenti l-Imqabba, li kien qed isuq Honda CBR, u s-sewwieq li ndarab għandu 46 sena u wkoll residenti l-Imqabba, li kien qed isuq Yamaha YZF R6.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadom għaddejjin.
//= $special ?>

