Jekk kemm-il darba l-gowlkiper u captain tal-Ġermanja Manuel Neuer ma jkunx preżenti fit-Tazza tad-Dinja, se jkunu Thomas Muller jew Sami Khedira li jilbsu l-faxxa ta’ captain.
Il-parteċipazzjoni ta’ Neuer fit-Tazza tad-Dinja tinsab f’dubju kbir minħabba kontinwità ta’ uġigħ f’waħda mill-għadam ta’ subgħajh. Hu ilu sa minn Settemrbu li għadda li weġġa’ u minkejja li Neuer irritorna għat-taħriġ xorta għad hemm riskju li ma jkunx fir-Russja.
Il-kowċ tal-Ġermanja Joachim Low fakkar li fil-passat Mueller u Khedira diġa’ libsu l-faxxa ta’ captain u b’hekk għandhom esperjenza li jmexxu lit-tim.
Minn naħa tiegħu Neuer qal, “Ma nistax ngħid f’dan il-mument jekk hux se nagħmilha għat-Tazza tad-Dinja. Ma naħsibx li hu mentalment tajjeb li tmur għat-Tazza tad-Dinja mingħajr nuqqas ta’ logħob. Qed inħossni tajjeb u kollox miexi sew, iżda rrid nieħu l-aħjar deċiżjoni għalija, għat-tim u l-Ġermanja.”
“Irrid nitjieb kull ġurnata u nipprova nkun fiżikament tajjeb mill-aktar fis possibbli. Naraw jekk hux biżżejjed. Irridu naraw, imma ma nistax ngħid fiċ-ċert,” qal Neuer din il-ġimgħa.
In-nazzjonijiet parteċipanti jridu jħabbru l-lista ta’ 23 plejer għat-Tazza tad-Dinja sal-4 ta’ Ġunju, u jekk Neuer ma jkunx fl-iskwadra, il-gowlkiper ta’ Barcelona Marc-Andre ter Stegen hu mistenni li jkun regolari.
//= $special ?>