Hemm bżonn ta’ aktar edukazzjoni u għarfien biex min ibati mill-kundizjoni tas-coeliac ikun kapaċi jikkontrollaha.
Hekk appellat il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca waqt seminar li nżamm fil-Palazz Verdala fil-Jum Dinji għal dawk li jbatu minn din il-kundizzjoni.
Il-President ta’ Malta qalet li hemm 1,500 persuna rreġistrata li jbatu mill-kundizzjoni tas-coeliac, minbarra ħafna aktar li aktarx għadhom ma jafux li jbatu minnha. Innutat kif huma ħafna dawk li jbatu minn kundizzjoni bħal din għax ma jkunux jafu kif għandhom jikkontrollawha.
Hu għalhekk li seminar bħal dan hu importanti biex wieħed ikollu aktar tagħrif x’għandu jagħmel wara d-dijanjożi meħtieġa.
Marie Louise Coleiro Preca qalet li ħafna minn dawk li jbatu minn din il-kundizzjoni jħossuhom esklużi meta ma jsibux min iservilhom ikel adattat għalihom. Min-naħa l-oħra, hi rringrazzjat lil diversi ristoranti li, b’impenn, illum qed jaqdu lil min hu coeliac










