Sport Sport Ieħor

Chris Froome jirbaħ il-Giro d’Italia għall-ewwel darba

Chris Froome jippoża bit-trofew (Ritratt: EPA)

Chris Froome sar l-ewwel Britanniku li rebaħ il-Giro d’Italia fl-istorja ta’ 101 sena wara rimonta brillanti. Iċ-ċiklist ta’ Team Sky kiseb is-sitt Grand Tour, wara li s-sena l-oħra rebaħ it-Tour de France għar-raba’ darba u La Vuelta għall-ewwel darba.

B’dan is-suċċess, Froome sar is-seba’ persuna li rebaħ it-tliet tiġrijiet, u t-tielet ċiklist biss li rebaħhom wara xulxin, wara l-Franċiż Bernard Hinault fl-1972/73 u l-Belġjan Eddy Merckx fl-1982. “Għal kull ċiklist hi ħolma li jkollhom it-tliet flokkijiet ta’ leader f’10 xhur. Li finalment irnexxieli nirbaħ din it-tiġrija, ma nistax nemmen lili nnifsi,” qal Froome.

Il-Britanniku spiċċa 46 sekonda qabel l-Olandiż Tom Dumoulin ta’ Sunweb fil-klassifika ġenerali, bil-Kolombjan Miguel Angel Lopez ta’ Astana jispiċċa t-tielet.

Il-21 stadju ntrebaħ mill-Irlandiż Sam Bennett ta’ Bora li qasam il-linja finali qabel ir-rebbieħ tar-raba’ stadju Elia Viviani ta’ Quick Step. L-aħħar stadju kien twil 115-il kilometru fit-toroq tal-kapitali Taljana. Il-Britanniku Simon Yates kien fil-quċċata għal ħafna mit-tiġrija fejn fosthom rebaħ tliet stadji, spiċċa fit-22 post fil-klassifika, bl-Irlandiż Bennett rebaħ tliet stadji wkoll.

Kif Spiċċaw il-21 Stadju

1. Sam Bennett

2. Elia Viviani

3. Jempy Drücker

4. Baptiste Planckaert

5. Manuel Belletti

6. Sacha Modolo

7. Niccolò Bonifazio

8. Clément Venturini

9. Paolo Simion

10. Fabio Sabatini

Klassifika Finali

1. Chris Froome                86:11.50

2. Tom Dumoulin             +0.46

3. Miguel Angel Lopez     +4.57

4. Richard Carapaz          +5.44

5. Domenico Pozzovivo   +8.03

6. Pello Bilbao                   +11.50

7. Patrick Konrad             +13.01

8. George Bennett            +13.17

9. Sam Oomen                  +14.18

10. Davide Formolo         +15.16