Għal sena oħra, fil-lokalità tal-Qrendi kien organizzat il-festival agrarju tal-patata – festival li laqqa’ flimkien it-tradizzjoni, il-kultura u d-divertiment.
L-agrikoltura u partikolarment il-patata huma l-iktar affarijiet li jirrappreżentaw il-karatteristiċi tal-Qrendi.
Dan il-festival serva bħala attività għall-familja kollha fejn wieħed apparti li jara l-makkinarju li jintuża fl -ghelieqi, seta’ jgawdi wkoll minn divertiment u ikel agrikolu.
Żar dan il-festival il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Għal darbohra, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien viċin in-nies u kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-produtturi tal-patata u ma’ min kien qed jesebexxi l-prodotti tiegħu kif ukoll ma’ dawk li sabu l-hin li jzuru din il wirja agrarja.
Matul din iż-żjara, il-Kap Adrian Delia żar ukoll il-Kappella tal-Maqluba li ġiet restawrata fl-aħħar snin permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea.
Preżenti għal dan il-festival kien hemm ukoll ġemellaġġ mill-Irlanda ta’ fuq li ġie f’pajjiżna ftit jiem biss qabel ma tittella’ wirja simili f’pajjiżhom.
Ritratti: Joseph Galea

















