Futbol Sport

FILMAT: Giancarlo Antognoni u Luis Oliveira fost il-plejers li se jilagħbu ma’ Glorie Viola llum

Illum fis-6.00pm fl-Istadium taċ-Ċentinarju se tintlagħab partita ta’ ħbiberija bejn Glorie Viola u Malta Masters, logħba li se tkun qed tiċċelebra l-50 sena anniversarju mit-twaqqif ta’ Viola Club Malta. Din il-festa ta’ futbol se tlaqqa’ leġġendi tal-futbol li kienu jilagħbu ma’ Fiorentina u mat-tim nazzjonali Malti.

Fost il-plejers li se jilagħbu ma’ Fiorentina se jkun hemm Giancarlo Antognoni, plejer li rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-1982 mal-Italja, kif ukoll Luis Oliveira li għandu 49 sena u lagħab fil-passat ma’ Fiorentina u mat-tim nazzjonali Belġjan. Oliveira mexxa wkoll lil Floriana f’pajjiżna. Iż-żewġ persuni tkellmu ma’ Net Sports dwar il-partita tal-lum.

Id-dħul għal din il-logħba hu b’xejn, iżda dawk li jattendu huma mitluba li jagħtu donazzjoni għal Puttinu Cares.