Is-sitwazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex hija dik ta inċertezza qawwija minħabba nuqqas kbir ta’ konsulenti mediċi tant li jekk din is-sitwazzjoni ma tiġix solvuta, l-isptar ikun f’riskju serju li jagħlaq.
Rapport fuq The Sunday Times of Malta wera li bħalissa l-isptar Għawdxi għadu qed jiffunzjona biss grazzi għat-tobba ta’ Mater Dei li offrew minn jeddhom li jmiddu jdejhom fil-gżira Għawdxija.
Il-problema ma ġietx mil-lum għall-għada hekk kif il-konsulenti mediċi fost oħrajn fid-diviżjoni tal-pedjatrija kienu qed jaħdmu aktar minn 48 siegħa minħabba nuqqas ta’ ħaddiema – fejn allegatament uħud kienu qed jaħdmu kważi xift ta’ 24 siegħa.
B’din is-sitwazzjoni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex qiegħed f’riskju li ma jibqax jopera għal 24 siegħa jew jagħlaq għalkollox. Għaldaqstant, il-Ministeru tas-Saħħa mistenni joħroġ sejħa urġenti għal aktar ħaddiema fl-isptar Għawdxi.
//= $special ?>
