Lokali

Il-Banda tal-Pulizija u l-Banda tal-Forzi Armati jingħaqdu ghal kunċert fid-daħla tal-Belt

Spettaklu mhux tas-soltu fid-Daħla tal-Belt, hekk kif għall-ewwel darba, sar kunċert vokali u strumentali mill-Banda tal-Pulizija u l-Banda tal-Forzi Armati flimkien.

Iż-żewġ baned telqu flimkien mill-Palazz tal-Gran Mastru, minfejn għamlu parata tul Triq ir-Repubblika kollha sakemm waslu quddiem il-Parlament.

Hemm, huma taw kunċert, segwit minn mijiet ta’ persuni. Huma esegwew diversi siltiet li jidhru li niżlu għasel ma’ dawk preżenti.

F’xi siltiet kien hemm l-akkumpanjament vokali tat-Tenur Alan Sciberras, it-Tenur Lance Bombardier Georg Zammit, il-kantanti Neville Refalo u Ritienne, kif ukoll is-sopran Ruth Sammut Casingena.

Il-kunċert, bis-sehem tal-Banda tal-Pulizija mmexxija mis-Supretendent Anzjan Anthony Cassar u Warrant Officer Jonathan Borg, sar bħala parti mill-attivajiet organizzati għall-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku.