F’ġurnata tipikament sajfija, għexieren ta nies ta’ kull età, dalgħodu nġabru sabiex jkomplu jgħinu lill- Fondazzjoni ALS Malta permezz ta’ mixja msejħa Walk and Move for ALS – Beat it MayIs-sħana ma waqqfitx lil dawn in nies milli jimxu minn Ta’ Xbiex sa Tas-Sliema, ilkoll b’għan wieħed biex ikomplu jxerdu l-għarfien dwar l-ALS.
Ma setax jonqos li jkun hemm preżenti Bjorn Formosa, il-Fundatur tal-Fondazzjoni, li ma’ Net News spjega li permezz ta’ attivitajiet bħal dawn, il-poplu jkun jista’ jkompli jgħin lill-persuni bl-ALS u fil-bini ta’ proġetti għalihom.
Ħadet sehem ukoll il-mara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Nickie Vella de Fremeaux li kienet akkumpanjata mit-tfal tagħha.
Wara l-mixja, dawk li ħadu sehem kellhom l-opportunità li jkomplu jżommu ruħhom attivi permezz ta’ sessjonijiet t’attività fiżika.
//= $special ?>