Colin Muscat ta’ 36 sena mill-Mosta tilef ħajtu wara li lbieraħ kien wieħed mill-vittmi tal-isplużjoni tal-kamra tan-nar f’Tal-Qadi, fis-Salini, limiti tan-Naxxar.
Muscat, li sfortunatament sofra ħruq f’iktar minn 90% ta’ ġismu, kien id-detenrur tal-liċenzja tal-kamra tan-nar tal-Għaqda Piroteknika 11 ta’ Frar ta’ San Ġwann.
L-isplużjoni seħħet għall-ħabta tat-15:15, fejn weġġgħu wkoll Clint Grima ta’ 25 sena minn Ħad-Dingli, li sofra ħruq fi spalltu. It-tfajla ta’ Muscat, Shirona D’Anastasi mill-Mosta, ittieħdet l-isptar minħabba xokk qawwi.
//= $special ?>


