L-Università ta’ Malta m’għamlitiex f’lista ta’ 53 università meqjusa bħala l-aqwa f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalità. B’hekk pajjiżna hu l-uniku mill-istati membri ġodda tal-Unjoni Ewropea li mhux rappreżentat.
Dan joħroġ minn lista bl-isem ta’ The Best Universities in New Europe ippubblikata minn Times Higher Education.
Bi ‘New Europe’ kienet qed tifhem dawk il-pajjiżi li ssieħbu fl-UE mill-1 ta’ Mejju 2004 ’il quddiem. Tlettax b’kollox, fosthom Malta, u li jinkludu lill-Estonja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja, il-Litwanja, is-Slovakkja, il-Latvja, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ Malta, ir-rapport jgħid hekk: “Institutions from across 12 of the 13 newest EU member states make the list; only Malta does not.”
Dan il-falliment iġib memorji ta’ dak li kiteb il-Ministru Owen Bonniċi, seba’ snin ilu meta kien il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Laburista għall-Edukazzjoni Ogħla, l-Università, ir-Riċerka u l-Kultura.
Fl-4 ta’ Mejju 2011 f’artiklu fit-Times of Malta bit-titlu, ‘Malta needs a better university’, flok ta xi riċetta kif l-università tagħna kellha titjieb u tikseb riżultati aħjar, kien qal li jeżistu tliet benchmarks (kejliet) importanti biex tanalizza kemm università tkun sejra ’l quddiem.
Dakinhar, Owen Bonnici kien ikkwota lill-istess Times Higher Education, li llum ħalliet barra lill-Università ta’ Malta mil-lista tal-aqwa universitajiet Ewropej.
//= $special ?>
