Sport Sport Ieħor

Omar Sudzuka jirbaħ l-Open ta’ Birkirkara Tennis Club

Omar Sudzuka jirċievi t-trofew mingħand il-President tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis David Farrugia Sacco

Omar Sudzuka rebaħ l-Open organizzat minn Birkirkara Tennis Club wara li fil-finali għeleb lil Matthew Cassar Torreggiani 6-2, 6-4. Dan it-tournament hu wieħed mill-aktar popolari u din is-sena kellu wkoll parteċipazzjoni tajba mill-Maltin u tennisti barranin.

Sudzuka li hu wkoll kowċ ta’ Asciak Tennis Academy, illum lagħab ukoll is-semifinali, b’rebħa ta’ 6-2, 6-4 kontra Leon Grun. Aktar kmieni din is-sena, Sudzuka kien parti mill-kontinġent Malti li ħa sehem fit-Tazza Davis flimkien ma’ Matthew Asciak, Denzil Agius u Matthew Cassar Torreggiani fil-Montenegro.

It-tennist b’dixxendenza mill-Bożnja, rebaħ l-aħħar tournament lokali tad-doubles tal-irġiel, flimkien ma’ Matthew Asciak.

Tags