Lokali

Raġel jaqa’ minn gallarija fil-Qrendi wara li ċedew il-balavostri

Raġel ta’ 48 sena residenti l-Qrendi waqa’ għoli ta’ sular minn gallarija wara li ċedew il-balavostri.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:00 tas-Sibt waranofsinhar fi Triq Patri Nikol Magro, il-Qrendi.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u akt ar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-incident għadha għaddejja.