Lokali

Sensiela ta’ titjiriet tal-Air Malta jittardjaw mill-ġdid

Mill-ġdid passiġġieri tal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, kellhom jistennew għal sigħat biex jaqbdu t-titjiriet tagħhom.

Dan hekk kif matul il-ġurnata kien hemm delay ta’ sagħtejn għat-titjira KM308 għal Munich, ħames sigħat għal KM 420 għal Brussell, tliet sigħat lejn Frankfurt bit-titjira KM 328, sagħtejn għal KM 102 lejn Heathrow u siegħa lejn Paris Orly bit-titjira KM 466 fost oħrajn.