Id-difensur ta’ Real Madrid Sergio Ramos awgura lil Mohamed Salah fejqan ta’ malajr hekk kif l-Eġizzjan jinsab kontra l-ħin biex jirkupra għat-Tazza tad-Dinja.
Salah kellu jiġi mibdul man-nofs siegħa logħob minħabba problemi fi spalltu, fit-telfa ta’ 3-1 li Liverpool kellhom fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Real Madrid, wara dwell ma’ Ramos.
Il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp ma kienx ottimist għaċ-ċansijiet ta’ Salah li jilgħab mal-Eġittu fit-Tazza tad-Dinja, bl-ewwel logħba kontra l-Urugwaj hi anqas minn tliet ġimgħat oħra.
Sergio Ramos li hu rebbieħ erba’ darbiet taċ-Champions League kkuntenta fuq twitter; “Xi kultant il-futbol jurik in-naħa t-tajba u drabi l-ħażina. Fuq kollox aħna kollha professjonali. Fejqan ta’ malajr, Salah. Il-futur qed jistennik.”
Il-midfielder ta’ Liverpool Georginio Wijnaldum jemmen li s-sostituzzjoni ta’ Salah kien ta’ detriment għall-prestazzjoni tagħhom, u ammetta li l-plejers kienu affettwati. “Naħseb li kienet daqqa ta’ ħarta kbira għalina, u dehret li kienet daqqa ta’ ħarta bil-mod kif irreaġixxejna. Naħseb li meta kien fil-pitch, konna tajjeb għal 25 minuta. Dawn huma affarijiet li jiġru u ridna nirkupraw minnha imma kien diffiċli,” qal Wijnaldum.
//= $special ?>