Il-plejer internazzjonali Malti Stevie Camilleri temm il-kampjonat Taljan tas-Serie A2 bħala l-aqwa skorer, wara li skorja gowl fir-rebħa li Roma Nuoto kellhom fuq Arvalia 11-5. B’din ir-rebħa, Roma Nuoto spiċċaw fil-quċċata tal-grupp tan-naħa ta’ isfel tas-Serie A2. Camilleri spiċċa l-kampjona b’66 gowl. Camilleri skorja fl-aħħar sessjoni u għamel l-iskor parzjali 8-2.
Roma kellhom staġun pożittiv b’tim żagħżugħ fejn tal-anqas disa’ plejers kienu taħt l-20 sena. Wara l-ewwel seba’ logħbiet, Roma kienu kisbu tliet rebħiet, żewġ draws u żewġ telfiet, iżda t-tim mill-kapitali Taljana bidel il-pass u kisbu 15-il rebħa konsekuttiva biex spiċċaw b’56 punt.
Wara li ntemm il-kampjonat, Roma jilagħbu l-play-offs. Huma jilagħbu l-Erbgħa 6 ta’ Ġunju kontra Padova.
//= $special ?>