Sport Sport Ieħor

Zverev fost dawk li jikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-Open ta’ Franza

Alexander Zverev (Ritratt: EPA)

Il-Ġermaniż Alexander Zverev għadda t-tieni rawnd tal-Open ta’ Franza b’rebħa fi straight sets kontra l-Litwan Ricardas Berankis. Is-sid numru tnejn tat-tournament li għandu 21 sena, kellu bżonn biss siegħa u 11-il minuta biex jirbaħ 6-1, 6-1, 6-2 kontra s-sid numru 92 fid-difnja.

Zverev qed ifittex li jirbaħ l-ewwel Grand Slam tal-karriera wara li sa issa rebaħ tmien titli ATP. Lucas Pouille, Grigor Dimitrov u Kei Nishikori kienu fost it-tennisti l-oħra li għaddew mill-ewwel rawnd. Il-Franċiż Pouille għeleb lir-Russu Daniil Medvedev 6-2, 6-3, 6-4 filwaqt li l-Ġappuniż Kei Nishikori għeleb lill-Franċiż Maxime Janvier 7-6, 6-4, 6-3.

Dimitrov rebaħ 6-1, 6-4, 7-6 kontra Mohamed Safwat, li kien l-ewwel Eġizzjan li lagħab fi Grand Slam wara 22 sena. L-iżgħar tennist, il-Franċiż ta’ 19-il sena Corentin Moutet, għeleb lit-tennist ta’ 39 sena Ivo Karlovic 7-6, 6-2, 7-6.

Tags