Lokali

Emma fil-finali ta’ ‘Amici’

Emma Muscat, il-Maltija ta’ 18-il sena, tibqa’ timpressjona fl-Italja u jirnexxielha tgħaddi għall-finali ta’ Amici fis-serale tal-Ħadd.  Fost l-oħrajn Emma tat verżjoni vokali mpekkabbli tad-diska ‘Halo’ filwaqt li kienet qed iddoqq il-pjanu.  Waqt is-serata, hi kellha kompetizzjoni iebsa fost l-oħrajn minn Einar.

Is-serata dehret li kienet segwita sew lokalment hekk kif ħafna tellgħu kummenti ta’ nkoraġġiment għal Emma fuq Facebook u media soċjali oħra.

Fl-aħħar tas-serata, il-ġurija kellhom jivvutaw biex jeliminaw lil xi ħadd bejn Emma u Einar, votazzjoni li ntemmet b’riżultat ta’ 4 b’4, biex b’hekk ma ġie eliminat ħadd.

Waqt is-serata tal-Ħadd, Emma kellha x-xorti li tiltaqa’ mal-attriċi rebbieħa tal-Oscar, Sophia Loren, li kienet mistiedna speċjali tal-programm.

Il-finali ta’ Amici ser issir nhar is-Sibt 2 ta’ Ġunju fuq Canale 5.