– Toni Bezzina, PN
L-Awtorità tal-Ippjanar m’għandhix tkompli tistgħana minn fuq dahar il-poplu Malti u għandha taħdem għall-ġid komuni.
Dan sostnih id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina fid-dibattitu parlamentari dwar l-Awtorità tal-Ippjanar fejn qal li l-Gvern m’għadux jikkonustta dwar l-ambjent lanqas mal-Kamra tal-Periti. L-Awtorità tal-Ippjanar għandu jkollha iktar ruħ soċjali għax mhix issir distinzjoni bejn min kiser ir-regoli b’mod qawwi u min għamel kontravenzjoni żgħira. Dan hu serq ta’ flus minn ħalq il-familji Maltin.
Hu tkellem dwar is-sanzjonar, l-infurzar u l-iskema tar-regolarizzazzjoni li biha kull tip ta’ rregolarità setgħet tkun reoglarizzata sakemm ma jkunx hemm ħsara lil terzi u li titħallas multa. Il-problema hi li l-iskema kkanċellat kull konċessjoni u min kien iħallas €200 qed ikollu japplika mill-ġdid u qed jeħel eluf ta’ ewros f’multi.
Dan qed isir ta’ detriment lejn l-anzjani li għandhom problemi fil-propjetà. L-ispiża issa qed titla’ għal €4,000. Minkejja l-appelli biex joqos il-piż, il-gvern mhux jisma’. Is-sitwazzjoni għandha titreġġa lura għal kif kienet fi żmien gvern Nazzjonalista.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li minn Settembru dawn ir-rati se jiżdiedu b’25% għal madwar €5000. Il-gvern għanud jikkunsidra li l-polcies jirrifletti l-bżonnijiet tal-bdiewa u r-raħħala, li għandhom ikunu konsultatui billi jkunu rappreżentati fil-bord li se jiddiskutu dawn il-policies. Huma għandhom ikunu rappreżentati wkoll fil-bord tal-konsultazzjoni.
L-Awtorità tal-Ippjanar m’għandhix iżżomm flus għal applikazjzonijiet għal strutturi agrikoli li jsiru minn bdiewa u raħħala ġenwini, li huma l-gwardjani naturali tal-ambjent. Għandhom ikunu kkunsidrati applikazzjonijiet għal imħażen ta’ prodotti agrikoli u faċiliatjiet oħra biex l-esportazzjoni tkun inkoraġġita. Għandhom jinżergħu wkoll siġar indiġeni fl-ambjent Malti.
//= $special ?>