Lokali Parlament

L-OHSA mhix tikber skont l-ekonomija

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-OHSA mhix tikber u tingħata riżorsi skont kemm qed tikber u tiżviluppa l-ekonomija, fosthom is-siti ta’ kostruzzjoni.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-OHSA hi riga dwar kemm il-pajjiż u l-gvern jirrispetta lill-bniedem. Hu appella biex ħadd ma jkun falz u jkun hemm paraventu permezz tal-OHSA. Ma jistax ikun li tikkber l-ekoonmija u jiżdiedu l-postijiet ta’ kostruzzjoni, iżda l-OHSA tibqa’ daqs kmem kienet divresi snin ilu. L-OHSA għandha tirrifletti l-kobor tal-ekonomija. Hu qal li l-akbar nuqqas qed jagħmlu l-gvern stess li mhux jagħti attenjoni biżżejjed lill-OSHA meta mhux itiha r-riżorsi umani.

Il-Gvern iżjed jimporah biex jappunta deputati Laburisti bħala Chairman tal-awtoritajiet. Il-pakkett finanzjau tad-deputat Laburista Maawel Mallia bħala chairman tal-OHSA hu ta’ €53,000. Il-flus qed jingħataw mhux lil min għandu bżonn. Din hi prtatika krorotta, sostna Edwin Vassallo.