– Karl Gouder, PN
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-OHSA id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li kull ħaddiem għandu jkun protett iżda l-OHSA mhix tingħata r-riżorsi meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha. Hu appella lil min iħaddem u lil ħaddiema u qal li l-kultura u l-mentalità li l-inċidenti mhux se jseħħu trid tispiiċċa.
Il-ħaddiema għandhom jieħdu ħsieb lilhom innfushom u jesiġu mas-sidien biex jagħmlu dak kollu fil-kuntest tal-protezzjoni. Il-politiċi għandhom jagħmluha faċli għal min iħaddem biex dawn idaħħlu l-miżuri neċesssajri ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol għaliex hawn min jaħseb li dawn huma spejjeż żejda.
Is-sidien iridu jifhmu li minkejja dawn l-ispejjeż, ikunu ogħla l-ispejjeż jekk ikun hemm fatalità. Il-politiċi jridu jifhmu lis-siden u jibqgħu joħolqu skemi biex l-ispejjeż jonqsu. Minbarra l-ħaddiema tal-kostruzsjoni, jeżistu wkoll perikli kbar għal min joqgħod ħdejn postijiet tal-kostruzzjoni jewli jgħaddu minn ħdejn żoni ta’ kostruzzjoni, sostna Karl Gouder.
//= $special ?>