Il-Whistleblower Russa Maria Efimova qalet li se tkun qed tagħmel rapport mal-Pulizija Griega wara li allegat li kienet qed tiġi mhedda, minkejja li ma qalitx x’tip ta’ theddid kienet qed tirċievi.
Fuq twitter Efimova għamlet share ta’ storja li kien ingħata l-libertà proviżorja Ali Sadr Hasheminejad u mal-istess storja kitbet li ftit siegħat biss wara li inħeles mill-ħabs kien beda t-theddid.
Hi sostniet li se tkun qed tkellem lill-pulizija u avukat.
Hasheminejad kien arrestat f’Marzu li għadda fl-Istati Uniti u kien akkużat b’diversi akkużi fosthom ħasil ta’ flus u frodi.
Efimova kienet il-persuna wara l-allegazzjonijiet li l-Kumpanija Egrant hi ta’ mart il-Prim Ministru Michelle Muscat. Hi ħarbet minn Malta f’Ġunju li għadda u bħalissa tinsab fil-Greċja wara li l-qrati Griegi iddeċidew li Efimova ma għandix tiġi estradita.
//= $special ?>