Fl-aħħar jiem u ġimgħat, kemm fl-Afrika ta’ Fuq kif ukoll fi Sqallija, fil-baħar li jgħaqqadna ma’ dawn il-pajjiżi, kien hemm diversi rapporti ta’ persuni li raw klieb il-baħar saħansitra anke fil-bajjiet fejn jgħumu n-nies.
L-ikbar wieħed li deher qrib tagħna kien ftit jiem ilu meta grupp ta’ sajjieda Tuneżini (ritratt ewlieni tal-istorja) qabdu kelb il-baħar tar-razza Great White, li hi razza qrib l-estinsjoni. L-ispeċi maqbuda tiżen 780 kilogramma b’tul ta’ kważi erba’ metri u jingħad li s-sajjieda, fil-Port ta’ Djerba max-xatt tal-Mediterran, qalgħu madwar €2,000 mill-bejgħ tiegħu.
Mill-istess speċi deher ieħor, fl-aħħar sigħat qrib Sqallija, meta sajjied ħa ritratti ta’ kelb il-baħar waqt li jattakka Manta (Devil Fish).
https://www.facebook.com/Strettometeo/posts/1276789442451340
Fit-8 ta’ Mejju f’Messina, fi Sqallija, persuni li kienu qed jgħumu raw kelb il-baħar ta’ madwar metru u nofs li daħal fil-bajja, qabel tbiegħed malli beda joqrob lejn l-għawwiema. Il-każ seħħ f’waħda mill-iktar bajjiet frekwentati taż-żona.
Hu maħsub li l-bidla fil-klima, b’baħar li dejjem iktar qiegħed jisħon, qed twassal għal dawn is-sejbiet li sa ftit taż-żmien ilu kienu pjuttost rari fil-Mediterran.
//= $special ?>


