– Marthese Portelli, PN
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli qalet li s-saħħa u s-sigurtà tmur lil hinn mill-postijiet tax-xogħol
Marthese Portelli kkritikat il-fatt li d-deputat Laburista Manwel Mallia hu ċ-Chairman tal-OHSA u qalet li din toħloq anomalija anki minħabba l-goveranza tajba. Hemm id-dmir li jkun identifikat il-periklu, li jkunu eliminati r-riskji, il-kontroll fuq ir-riskji u li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Għandhom ikunu kkunsidrati sistemi kif l-OHSA tissaħħaħ iżad bħalissa l-impjegati tal-OHSA huma mpenjati bil-kbir u joffru servizz tajjeb.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li dawn il-ħaddiema għandhom ikunu mgħejjuna; wara kollox il-gvern isib il-flus għal aħfna affarijiet, uħud minnohm ħafna inqas tajbin. Kieku l-gvern ma remiex l-art tal-ITS għal €5 miljuni biss kien ikollu ħafna flus biex juża’ għall-OHSA.
Id-deputat Nazzjonalista appellat biex l-OHSA topera l-ħin kollu u li jkun hemm ppp bl-iskop li tkun regolatur biex tifformla l-istrateġeija u l-viżjoni. Hi appellat ukoll biex il-gvern ma jiffokax biss fuq l-infurzar waqt li t-taħirġ għadu mhux biżżejjed.
Marthese Portelli appellat biex ikun iktar sigurtà fit-toroq u biex ikun hemm miżuri ta’ saħħa u sigurtà għall-persuni b’diżabbiltà jkunu imsaħħa. Filwaqt li semmiet il-kmamar tan-nar, Martehe Portelli qalet li s-saħħa u s-sigurtà għandha tmur lil hinn mill-postijiet tax-xogħol.
//= $special ?>