Internazzjonali

Tkompli l-inċertezza politika fl-Italja

Carlo Cottarelli

Taqlib politiku ġdid fl-Italja hekk kif il-president Sergio Mattarella, tard il-Ħadd irrifjuta n-nomina ta’ Paolo Savona bħala ministru tal-finanzi fil-Gvern ġdid hekk kif propost minn Giuseppe Conte, li kien nominat biex ikun Prim Ministru ġdid tal-Italja.

Mattarella issa jista’ jiffaċċja ‘impeachment’ (tkeċċija mil-kariga) hekk kif irrifjuta lil Savona, li hu magħruf li huwa ewroxettiku u Luigi Di Maio, il-kap tal-Moviment Cinque Stelle ħedded li jibda proċess ta’ impeachment kontra Mattarella. Mattarella ġġusstifika l-veto tiegħu billi qal li din l-għażla kienet inkwetati ferm minħabba l-impatt fuq is-swiq finanzarji.

Issa Mattarella ħatar lil Carlo Cottarelli, ekonomista magħruf li hu favur l-ewro, biex jifforma l-Gvern ġdid Taljan u jwassal il-pajjiż sa elezzjoni bikrija.

L-Italja baqgħet ma rnexxiliex tifforma gvern mill-elezzjonijiet ta’ Marzu li għadda l’hawn. F’dawk l-elezzjonijiet, l-ebda grupp politiku ma kiseb maġġoranza. Il-partit taċ-Cinque Stelle u dak lemini tal-Lega kienu qed jaħdmu biex jiffurmaw gvern. Imma fi tmiem il-ġimgħa feġġ nuqqas ta’ qbil bejn il-President u dawn il-partiti dwar il-pożizzjoni tal-Italja fl-Unjoni Ewropea u l-ħatra ta’ Savona. L-Italja hija r-raba’ l-ikbar ekonomija fiz-zona Ewro.

Din is-sitwazzjoni politika fl-Italja bdiet hekk kif Giuseppe Conte, wiċċ ġdid fix-xena politika, ġie magħżul bħala prim ministru wara perjodu ta’ ħdax-il ġimgħa ta’ instabilta’.

Conte ltaqa’ mal-president Mattarella biex jipproponi l-kabinett, iżda Mattarella oġġezzjona għal Savona minħabba l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għas-sħubija fiz-zona Ewro. Mattarella qal li l-pożizzjoni ta’ nċertezza tal-Italja qanqlet biża’ fost investituri taljani u barranin u l-ħatra ta’ Savona xejn ma kienet se tgħin. Skond il-President, il-pożizzjoni ta’ Savona dwar l-Ewropa, tistona ml-interessi Taljani.

B’referenza għall-kariga ta’ ministru tal-finanzi, Mattarella qal li hu kien talab għal persuna li tkun konsistenti mall-programm tal-gvern, u mhux li jista’ jwassal ghall-ħruġ tal-Italja iz-zona Ewro. Huwa qal li Conte baqa jirriffjuta kull proposta oħra li ngħatat u għalhekk irreżenja mill-kariga ta’ prim ministru.