Tnax-il titjira tal-Air Malta ġew affetwati l-Ħadd filgħaxija u kellhom tibdil fil-ħin wara li ajruplan tal-kumpanija nazzjonali tal-ajru kien wieqaf f’San Pietruburgu wara li kien involut f’inċident ma’ numru ta’ għasafar f’Katanja.
It-titjira minn San Pietruburgu kienet immirata li tasal Malta għall-ħabta tas-sitta u kwart tal-Ħadd filgħaxija imma fil-fatt telqet minn San Pietruburgu fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija.
It-titjiriet affetwati kienu dawk minn u lejn Dusseldorf, lejn Orly, Zurich, Munich, u Frankfurt.
Titjiriet oħra li kellhom jiġi skedati mill-ġdid kienu dawk lejn Heathrow, Brussel, Ruma, Katanja u Marseille filwaqt li titjira lejn Comiso tħassret.
Il-Kumpanija tal-ajru fi stqarrija skużat ruħha għall-inkonvenjent li nħoloq għall-passiġġieri.
//= $special ?>