Lokali

Tuneżin iweġġa’ lilu nnifsu waqt li kien arrestat

Iweġġa' surġent tal-Pulizija li kien skorta miegħu

Tuneżin li kien qed jinżamm arrestat fil-lock up tal-Pulizija kellu jiddaħħal l-isptar għal kura wara li beda jweġġa’ lilu nnifsu fiċ-ċella billi beda jħabbat rasu mal-bieb taċ-ċella. Apparti hekk huwa għamel diversi ħsarat fiċ-ċella li kien qed jinżamm.

Il-Pulizia fil-lock up waqqfu dan l-ateġġjament u sejħu għal ambulanza biex it-Tuneżin jingħata l-kura meħtieġa. Waqt li kien l-isptar Mater Dei it-Tuneżin baqa’ aggressiv u anke weġġa’ Surġent tal-Pulizija li kien qed jiskortah.

Ir-raġel aktar qabel kien ġie arrestat fil-Mellieħa wara li kien qiegħed iġib ruħu b’mod aggressiv ma’ diversi persuni f’attività, anke hawn it-Tuneżin rreżista l-arrest.