Għawdex Lokali

It-30 sena anniversarju tal-Gozo Association for the Deaf

Il-Gozo Association for the Deaf iċċelebrat it-30 anniversarju tagħha -assoċjazzjoni li kienet fost l-għaqdiet protagonisti fit-tiswir ta’ liġi importanti li tirrikonoxxi l-lingwa Maltija tas-sinjali.

Din il-liġi tfisser li sar pass kbir, u issa hemm bżonn aktar interpreti tal-lingwa tas-sinjali u għalhekk iridu jsiru korsijiet apposta f’livelli diversi, fosthom kors apposta għall-ewwel darba f’Għawdex bil-kollaborazzjoni tal-Gozo Association for the Deaf.

Minkejja li saru passi kbar, xorta għad fadal nuqqas ta’ aċċessibilità jekk mhux ukoll diskriminazzjoni f’diversi postijiet. Hemm l-ambjenti tax-xogħol, postijiet ta’ divertiment, it-teatri u żoni oħrajn ta’ kultura kif ukoll lecture rooms fl-Università ta’ Għawdex u fl-oqsma post-sekondarji oħrajn li għadhom mhux attrezzati biżżejjed u li jirrikjedu aktar investiment.

It-30 anniversarju ta’ din l-għaqda ġie mfakkar b’attivita’ f’Għawdex stess.