Is-sid tal-bank Pilatus għadu arrestat fl-Istati Uniti sakemm l-akkużat ikun konformi mal-kundizzjonijiet kollha imposti mill-Qorti għall-ħelsien. Fost dawn, il-kundizzjoni li jilbes il-ħin kollu ċinga elettornika sabiex ikunu osservati l-movimenti kollha tiegħu.
Hekk irrappurtat dalgħodu l-gazzetta Times of Malta li kwotat lill-avukati ta’ Ali Sadr.
“Nemmnu li l-klijent tagħna se jiġi konformi mal-kundizzjonijiet kollha imposti mill-Qorti sa ġimgħa jew ġimgħatejn oħra”.
Din l-aħbar ħarġet l-għada li l-whistleblower Maria Efimova qalet fuq Twitter li qed tiġi mhedda. Efimova qalet li se tkun qed tagħmel rapport mal-Pulizija Griega.
Waqt is-smiegħ biex jingħata l-ħelsien proviżorju, kien ħareġ illi Ali Sadr waqqaf il-bank Pilatus f’Malta minn flus illi ġew minn attivita’ kriminali fil-Veneżwela.
Ali Sadr hu persuna qrib ħafna ta’ Joseph Muscat, tant illi kien stiednu għat-tieġ tiegħu fl-Italja.
Is-sid tal-bank Pilatus jinsab akkużat b’ħasil ta’ flus u bi ksur tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Uniti fuq l-Iran.
//= $special ?>