Internazzjonali

Attakki fuq Iżrael mill-militanti f’Gaza

Militanti Palestinjani fil-Medda ta’ Gaza fetħu bumbardament fuq Iżrael, li kien imfisser bħala l-aktar wieħed qalil għal snin sħaħ.

Il-militanti sparaw għexieren ta’ rockets lejn l-artijiet Iżraeljani u li fil-parti kbira kienu interċettati. Ir-rapporti, intant, irreferew għal talanqas persuna midruba meta balla niżlet fil-bitħa ta’ skola, bl-Iżraeljani, wara, iwieġbu b’attakki mill-ajru fuq il-pożizzjonijiet tal-militanti f’Gaza.

L-aħħar konfronti qed isegwu ġimgħat ta’ vjolenza bejn Iżrael u l-militanti fil-Medda ta’ Gaza, li matulha mietu ‘il fuq minn 100 Palestinjan.