Lokali Mużika

Emma tiltaqa’ mar-rappreżentanti ta’ Warner Music

"Innutajna l-vuċi mill-isbaħ li għandek"

“Lesti naħsbu f’kollaborazzjonijiet internazzjonali”. Hekk stqarr ir-rappreżentant ta’ Warner Music Roberto Fagioli meta ltaqa’ mal-kantanta Maltija Emma li qed tipparteċipa f’Amici.

Emma se tikkompeti nhar il-Ħadd li ġej fuq Canale 5, hekk kif il-programm riesaq lejn tmiemu.

Fagioli qal li bil-mod tagħha Emma qed tattira ħafna persuni, inkluż bit-tbissima li għandha u l-vuċi partikolari tagħha.