Fil-futur qarib il-poplu Malti u Għawdxi jista’ mill-ġdid jibda jgawdi l-barbaġann fis-selvaġġ fil-ġonna tal-Buskett, xi ħaġa li kienet komuni qabel is-snin tmenin.
Dan hekk kif il-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK, għaddejja bi proġett mill-isbaħ bl-iskop li trawwem il-barbaġann selvaġġ mill-ġdid.
Biex jieħu ħsieb dan il-proġett, l-FKNK fdat f’Raymond Cordina.
Madankollu hemm problema li minkejja l-esperjenza tal-FKNK u l-persuni li qed jieħdu ħsieb dan il-proġett, m’hemm l-ebda garanzija li l-proġett jirnexxi.
Il-poplu se jkun jista’ jsegwi wkoll pass pass dak li jkun qed iseħħ hekk kif se tiġi nstallata wkoll sistemà ta’ kameras biex wieħed isegwi live.
L-idea nibtet snin ilu u ma kienx faċli li l-proġett jibda hekk kif il-Buskett hu sit Natura 2000 fejn kull proġett irid jgħaddi minn restrizzjonijiet kbar.
Filfatt, il-guvi nbnew b’mod temporanju u b’tali mod li meta jitneħħew ma titħalla l-ebda marka jew ħsara, waqt li nbnew madwar siġar u pjanti eżistenti mingħajr ma sar l-ebda intervent jew ħsara.
Sadattant, waqt li l-barbaġann li se jintuża f’dan il-proġett qed jiġi ttestjat minn veterinarju u ornitoloġista, qed jittieħdu miżuri ta’ infurzar biex ikun żgurat li ma jintużax velenu fil-ġonna tal-Buskett biex b’hekk jitneħħa r-riskju li l-barbaġann ma jikolx mammali vvelenati.
//= $special ?>
