– Robet Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar sostna li bi tmexxija tal-Pn bjen l-2008 u l-2013, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa wettaq diversi porġetti għall-komunità tal-lokal u ma ħalla ebad dejn.
Fl-Aġġornament tal-parlament, id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar wiġeeb għal diskors tad-deputat Laburista Clayton Bartolo u qal li d-deputati huma obbligati li jgħidu l-verità fl-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż. Hu sostna li d-deputat Laburista Clayton Bartolo allega b’ingann kontrih billi poġġa dubju dwar il-ħidma li hu wettaq bejn l-2008 u l-2013 meta kien sindku tal-Melieħa.
Robert Cutajar qal li bejn l-2008 u l-2013 meta hu kien is-sindku tal-Mellieħa, Clayton Bartolo kien fil-kunsill lokali tal-Mellieħa u għalhekk jaf li l-kunsill kien responsabbli għal kull ċenteżmu li nefaq. Mhux ġust li Clayton Bartolo jallega li Robert Cutajar ħalla kunsill lokali mifni bid-dejn.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ebda accountant, bħal Clayton Bartolo, m’għandu dritt jigdeb fil-Kamra. Hu semma’ l-working capital tal-Kunisll bejn l-2008 u l-2013 u qal li dawn jikkonfermaw l-operat tal-kunsill. Jirriżulta li fl-2009 kien hemm €786,182, fl-2010 kien €1.04 miljun, fl-2011 kien hemm €1.06 miljun, fl-20012 kien hemm surplus ta’ €657,000 waqt li fl-aħħar sena kien hemm €435,000 f’fondi. Din hi l-verità għax dawn huma ċifri ċertifikati mill-awdituri u approvati mid-Diparitment tal-Kunsilli Lokali.
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar kompla li bejn l-2008 u l-2013 il-kunsill għamel ħames ġonna, il-park tal-familja, il-kumpless tal-viżitaturi f’Selmun, l-uffiċju tal-kunsill lokali, l-itwal toroq bit-tarmak, l-amfiteatru, Misraħ iż-Żjara tal-Papa, id-dawl tal-knisja, l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali fil-Mellieħa, ingħatat għajnuna lill-għaqdiet, saru attivitajiet kulturali, 500 persuna li ħadu l-opportunità li jsiefru, ingħataw fondi għal day centre, sar night shelter, saru korsijiet għar-residenti, il-Bajja tal-Għadira saret blue flag, infetaħ uffiċċju għat-turisti u saru diversi siti ta’ Natura 2000. Dan kollu twettaq bla ma sar ebda dejn.
Robert Cuajar qal li l-kunsill lokali għamel ukoll pjan dwar is-sontenibbiltà tal-Mellieħa. Illum, bi tmexxija Laburista, il-kunsill lokali ħalla l-polices jinbidlu biex illum hemm straġi ambjentali fil-Mellieħa, sostna Robert Cutajar.
//= $special ?>