Knisja Kultura

Imfakkra tliet anniversarji fiż-Żurrieq

Is-sede tas-Soċjetà Mużikali Santa Katerina taż-Żurrieq bħalissa tinsab mimlija xbihat tal-qaddisa minn Lixandra, fl-okkażjoni ta’ tliet anniversarji li qed jitfakkru fiż-Żurrieq.

Il-wirja saret fl-isfond tal-anniversarji li qed jiġu ċċelebrati din is-sena – l-200 sena mindu waslet il-vara titulari fiż-Żurrieq, l-400 sena mindu ngħatat it-titlu ta’ matriċi bit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Qrendi u l-125 sena mindu l-parroċċa saret Arċipretali.

Fiż-Żurrieq is-soċjetà mużikali Santa Katerina, ġabret għexieren ta’ xbihat u oġġetti oħra li jiċċelebraw lill-qaddisa patruna taħt saqaf wieħed.

Il-President tas-Soċjetà, Philip Schembri, qal li x-xbihat li jvarjaw minn statwi, pittura, ritratti u tifkiriet, jirrakkuntaw storja, b’uħud għandhom valur mhux biss monetarju iżda sentimentali.

Fost l-oġġetti esebiti sunetti – karti tat-tajr bil-kliem tal-innijiet fuqhom li kienu jitqassmu waqt li toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa.

(Ritratti: Lara Schembri)