Lokali

Imniedi l-Valletta Film Festival

Bejn it-8 u s-17 ta’ Ġunju li ġej ġewwa erba’ postijiet differenti ser tittella r-raba edizzjoni tal-Valletta Film Festival organnizzat mill-Filmgrain Foundation.

F’konferenza tal-aħbarijiet wieħed mid-diretturi tal-festival Oliver Mallia qal li matul dawn l-għaxar t’ijiem ser jiġu murija 40 film differenti fit-tlett kategoriji tal-Kompetizzjoni Uffiċċjali, li huma l-Feature Films, Dokumentarji u Short Films u erba’ sezzjonijiet oħra li huma Special Screenings, Islanders, Without Borders u Teens only.

Fis-serata tal-ftuħ tal-Featured Film Competition ser jintwera l-film St. Bernard Syndicate li huwa comedy film li ser jintwera l-ewwel darba fit-8 ta’ Ġunju fit-8:30pm fi Pjazza Taetru Rjal.

Fil-kategorija tad-Dokumentarji ser jintwera l-ewwel il-film The Poetess fl-Ispazju Kreattiv ,fil-Kavvallier ta’ San Gakbu fid-9:15pm.

Fil-kategorija Short Films ser jintwerew 22 film, 4 minnhom Maltin li huma ‘Il-Kompliċi’ ta’ Ryan Gatt, ‘Scorpion Mind’ ta’ Kenneth Chircop, ‘Marbut’ ta’ Winston Azzopardi u ‘For Ava’ ta’ Keith Albert Tedesco, li ser jintwerew kollha fl-Ispazju Rikreattiv fil Kavallier ta’ San Ġakbu.

Fis-sezzjoni Special Screenings għall-ewwel darba kemm ilu jsir il-festival ser jiġi skrinjat film għat-tfal bl-isem ta’ ‘The Breadwinner’c fid-9 u s-17 ta’ Ġunju fil-5pm u t-3pm rispettivament b’Oliver Mallia jgħid li għalkemm din is-sena t-tfal ser jkunu għaddejjin miż-żmien tal-eżamijiet, il-fondazzjoni għandha l-ħsieb li turi aktar films tat-tfal f-edizzjonijiet oħra fil-futur.

Matul il-festival ser jsiru wkoll workshops b’wieħed minnhom jkun indirizzat mill-mistieden speċjali Peter Greenway li huwa Direttur tal-Films minn Wales, bis-suġġett jkun L-Ilma, fl-10 ta’ Ġunju fl-10:30am fil-lukanda Phoenicia.