– Claudio Grech, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech ipporpona li l-gevrn ikun impenjat fi skemi biex in-nies isiru sidien ta’ djarhom.
Fid-dibtatitu dwar l-Awtorità tad-Djar, id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li wasal iż-żmien li jkun hemm bidla fil-mod kif il-pajjiż iħares lejn l-aspett soċjali u lejn kif isiru l-kontribuzzjonijiet lejn l-aspett soċjali. Gvern wara ieħor evolva iktar fuq sistema popolista fejn l-għajnuna temporanja spiċċaw li huam sistemi perpetwi. Iktar milli qed ikun stratija fis-settur tad-djar qed issir diskussjoni dwar proġetti.
Bir-rata tal-ekonomija, suppost li qed tonqos it-talba għall-akkomodazzjoni soċjali. Jeħtieġ li jkun hemm bidla fil-ħsieb ta’ ħafna nies. Is-soluzzjoni hi kif il-pajjiż jista’ jiċċaqlaq minn proġetti individwali għal strateġija dwar id-djar.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-għajnuna għandha tmur għand min hu verament vulnerabbli u ppropona kampanja ta’ edukazzjoni fost in-nies li jridu post ta’ akkomodazzjoni soċjali.
Claudio Grech ppropona wkoll li jkun hemm impenn qawwi lejn sitwazzjoni li n-nies isiru sidien ta’ djarhom, li jkun hmem iktar postijiet miftuħa f’dawn iż-żoni, allokazzjoni speċifika għal dan l-investiment, ħolqien ta’ suq ġdid għal min jipprovdi livell u kwalità jkun inċentivat b’capital gains tax u għajnuna fi ħruġ ta’ permessi biex dawn il-postijiet imorru fis-suq skont il-livell disponibbli mill-gvern.
//= $special ?>